L-istess drittijiet, xejn iktar xejn
Jekk tistaqsi mitt persuna, probabbli kollha jghidu li huma kontra l-omofobija. Hadd ma jaqbel li persuna jista’ jiddiskrimina ma’ xi hadd minhabba s-sesswalità tieghu. Izda ghalkemm dawn l-affarijiet jistghu jinstemghu bazici, mhumiex daqstant fil-pajjiz Ewropew ta’ Malta. Dwar dan is-suggett, RANDOLPH DE BATTISTA tkellem ma’ ALBERT GAUCI CUNNINGHAM mill-fergha l-gdida tal-PL, LGBT Labour. Fl-intervista, Gauci Cunningham jiddikjara li l-persuni gay jippretendu l-istess drittijiet daqs min hu eterosesswali, xejn iktar u xejn inqas. Kellu kliem iebes ukoll ghal dawk il-politici li filghodu jivvutaw kontra l-interessi tal-gays, u filghaxija jixorbu maghhom. Jiddikjara li kieku hu jivvota kontra l-gays, ma jersaqx daqs mitt metru vicin ta’ gay bar.
Fil-bidu jispjega li din kienet inizjattiva tal-Forum Zghazagh Laburisti, flimkien mal-mexxej tal-PL, Dr Joseph Muscat. Gauci Cunningham jispjega x-xoghol li ghaddejja bih din il-fergha l-gdida fi hdan il-PL, filwaqt li jghid li dawn il-ferghat huma komuni fil-partiti socjalisti fl-Ewropa.
“Din l-inizjattiva ma holomx biha Joseph Muscat biex jigbor erba’ voti tal-komunità gay f’Malta.” Huwa semma’ li jezistu diversi ferghat fi hdan partiti socjalisti madwar l-Ewropa, fosthom fl-Ingilterra, Spanja, l-Izvezja u Franza.
“L-LGBT Labour mhix il-vuci tal-PL mal-komunità gay, izda l-vuci tal-komunità gay fil-PL. Jekk il-PL ma jaqbilx ma’ xi proposta, ahna mhux se nohorgu nikkonvincu lin-nies gay li dik mhix proposta tajba. Izda rridu naraw li l-messagg tal-persuni gay jasal ghand il-PL kollu kemm hu, kif inhu, u li jkun hawn vizibbiltà cara tal-komunià omosesswali fil-PL.”
Hawnhekk jaghmel referenza ghal dak li qal Dr Joseph Chetcuti, l-awtur ta’ “Queer Mediterranean Memories”, fejn fahhar din l-inizjattiva, u qal li jekk xejn, din tkompli tkabbar il-vizibbiltà tan-nies gay.
Staqsejtu jekk hux se jkunu fergha cliché u vagi minhabba li huma parti minn partit, jew inkella bi hsiebhom jidhlu fil-kwistjonijiet jaharqu.
“Jekk inti temmen f’xi haga ma tistax tkun vag fuqha. Din il-fergha se tkun success, kemm in-nies gay iriduha tkun success. Jekk il-komunità gay, fil-maggor parti taghha thoss li m’ghandhomx bzonn drittijiet ugwali, jew li lahqu l-livell ta’ ugwaljanza, jew li m’ghandhomx bzonn struttura li tiddefendi l-interessi tal-persuni gay, allura ma jkunx hawn lok, la ghal-LGBT Labour u lanqas ghall-MGRM.”
“Sfortunatament f’Malta hawn it-tendenza li kulhadd irid jaghmel kollox u hadd ma jrid jaghmel xejn. Kulhadd igerger ghax il-kontijiet gholjin u mbaghad issir protesta u ssib min jibqa’ d-dar ghaliex jibza’ jidher. Anke fuq l-interessi tal-gays, inhoss li ghalkemm l-issue qeghda hemm, ma narax li hemm bizzejjed sforz ghaliha. Mhux facli ssib in-nies li lesti johorgu u jitkellmu fil-pubbliku.”
Pressjoni fuq il-politici
Kont pront nistaqsih, “Ma stajtux tifthu ghaqda li tkun indipendenti, u mhux fergha ta’ partit?” “Ma naqbel assolutament xejn. Sakemm id-decizjonijiet fuq l-omosesswali jiehduhom il-politici, u mhux Cikku l-Poplu, allura rridu naghmlu l-lobby taghna mal-politici u nzommu lilhom responsabbli. Ma nistghux nibqghu sejrin f’sitwazzjoni li kull fejn hemm kwistjoni li tolqot lill-gvern, noqghodu nghidu li m’ghandniex indahhlu l-politika.”
“Ghax hekk sejrin f’dal-pajjiz. Jekk jinqata’ d-dawl jghidulna ma ndahhlux politika, l-istess fuq kwistjonijiet ambjentali u tal-MEPA. Fuq l-interessi tan-nies omosesswali wkoll jghidu l-istess haga, imma jien nghid li iva l-politika tidhol sakemm il-gvern u l-partiti jiddeciedu li jiehdu l-pozizzjoni cara taghhom.”
“Ahna mhux qeghdin hawn biex malli jizloq xi zelqa deputat tal-PN, immorru nigru halli nohorgu stqarrija, u mbaghad jekk jigri l-istess mill-PL, noqghodu ngibu l-iskuzi. Il-hazin huwa dejjem hazin.”
Hawnhekk spjega li bhalissa qed ihejju manwal li ghandu jispjega dak li l-fergha temmen fih.
X’inhi l-ikbar kwistjoni li LGBT Labour se tahdem fuqha?
Dikjarazzjoni cara kontra l-omofobija
“L-ikbar kwistjoni hija d-diskriminazzjoni. F’dan il-pajjiz, kull mexxej ta’ partit, ghaqda jew istituzzjoni influwenti jrid jiehu pozizzjoni cara u jghid li huwa kontra l-omofobija. Li toqghod iddur maghha jew li tghid li hija ovvja mhix accettabbli. Le mhix ovvja.”
“S’issa fl-istorja politika moderna ta’ dan il-pajjiz, l-ewwel mexxej li ghamilha cara kristall fil-pubbliku minghajr tidwir, li min hu omofobiku m’ghandux postu fil-partit li qed imexxi, kien Joseph Muscat.”
“Issa r-reazzjoni naturali ta’ certu nies kienet li din hija ovvja, u ghall-ewwel anke jien kont se nghidha. Imma tant mhix ovvja, li l-PN qatt ma qalha din. Sfortunatament, ghalkemm il-Knisja wkoll hija kontra l-omofobija, qatt ma qatghet linja cara u qalet li min hu omofobiku ma jistax ikun parti mill-Knisja. Skuzi, jekk fratell jew xi hadd li jgorr il-vara tal-festa, biex ma nsemmix qassisin, huwa omofobiku, jew qed ixerred mibgheda abbazi ta’ sesswalità, ma jistax jfforma parti mill-Knisja.”
“Il-PL, dik il-pozizzjoni digà hadha, u l-LGBT Labour kuntent hafna li ttiehdet din il-pozizzjoni. Issa nistennew li haddiehor jaghmel l-istess. Imma din il-pozizzjoni trid tkun inekwivoka, u mhux tintqal bejn erba’ hitan, ghax il-politici ghandhom habta ma jirrepetux fil-pubbliku, dak li jkunu qalu fil-maghluq.”
Koabitazzjoni minghajr divorzju
Jekk hemm kwistjoni li se tolqot lill-persuni omosesswali hija dik tal-koabitazzjoni. Dwar din Gauci Cunningham jemfasizza li m’ghandniex inharsu lejha bhala s-soluzzjoni ghall-persuni omosesswali.
“Din il-ligi giet imweghda mill-PN hafna snin ilu issa. Tista’ thares lejha minn diversi bnadi u ma tistax tiddiskutiha wahedha. Jekk tidhol din il-ligi, se tidhol f’pajjiz fejn id-divorzju ma jezistix. Mela l-koabitazzjoni f’dan ix-xenarju tista’ tahdem kontra dak li l-gvern tallum dejjem ippriedka dwaru, jigifieri l-familja bhala c-centru tal-politika.”
“Ghax jekk se ddahhal il-koabitazzjoni f’pajjiz fejn m’hawnx divorzju, allura lin-nies qisek qed tghidilhom li akkost ta’ kollox minix se ntikom id-dritt li tergghu tizzewgu, imma se ntikom id-dritt li tghixu flimkien, kwazi ta’ mizzewgin. Dan jista’ jwassal biex specjalment dawk li ma jemmnux f’relazzjonijiet twal, imorru ghall-koabitazzjoni ghax jaqbillhom iktar. Dan narah li jmur kontra t-taghlim tal-PN stess.”
“Ha naghmilha cara, il-ligi tal-koabitazzjoni mhix is-soluzzjoni ghall-persuni omosesswali. Ghax jekk se jkollna l-koabitazzjoni biss, allura qed nizvalutaw ir-relazzjoni bejn koppji tal-istess sess, u nkunu qed nirriducuha ghar-relazzjoni li ghandhom zewg ahwa li jghixu flimkien. Hawn irrid nghid li jekk tidhol dil-ligi se nkunu mxejna pass ‘il quddiem, imma jien nghid, imbasta ma ssirx a skapitu tal-valur vera tar-relazzjoni bejn tnejn min-nies gay.
Ghaddejt ghaz-zwieg bejn koppji tal-istess sess jew inkella civil partnership u hawnhekk bilkemm ma qlibniex l-irwoli u spicca jistaqsini mistoqsija hu dwar x’differenza nara bejn it-tnejn. Izda kelli l-iskuza lesta li jien qieghed hemm biex nistaqsi. Jghid li l-persuni gay iridu drittijiet daqs iehor. Xejn iktar u xejn inqas.
“Anke jekk ahna rridu drittijiet daqs haddiehor, jiena ma nara l-ebda problema li taghna ssejjahlu partnership, u tal-eterosesswali ssejjahlu zwieg. Dejjem ahjar minn issa zgur, sakemm il-pass li naghmlu llum ikun il-pass biex ghada s-socjetà tivvaluta r-relazzjoni tieghi daqs ir-relazzjoni tal-eterosesswali.”
Ghazla bejn iz-zewg partiti
Apparti l-LGBT Labour, f’pajjizna jezistu ghaqdiet ohrajn, bhall-MGRM u anke DRACHMA. X’inhi r-relazzjoni ma’ dawn l-ghaqdiet? “Jien nghid li wara kollox kollha kemm ahna gay u qed niggieldu ghall-istess interessi. Filfatt ahna wkoll membri tal-MGRM. Però forsi d-differenza hija li ahna la tasal elezzjoni generali se niehdu pozizzjoni cara.”
“X’tip ta’ pozizzjoni?” staqsejtu. “Jekk inti trid tivvota fuq it-triq, fuq il-bozza, fuq l-ekonomija jew fuq liema mexxej jigbdek l-iktar, ghandek ghazla lil min tivvota. Imma jekk id-drittijiet tal-gays huma l-priorità tieghek u jekk se tivvota fuq l-interessi tan-nies gay, allura ivvota lill-Partit Laburista. Minix nghid li jekk int gay, bilfors trid tivvota lill-PL, imma jekk se tivvota fuq id-drittijiet tal-gays, allura ghandek taghti cans lill-PL.”
Semmejtlu l-kritika ta’ whud li jghidu li permezz ta’ ferghat bhal dawn, iktar qed titfa’ stigma u tikklassifika lin-nies gay. Izda jghid li dan l-argument ma jregix.
“Min ghamel din il-kritika? Zgur li m’ghamluhiex in-nies gay. Jien nahseb li l-lezzjonijiet irridu niehduhom minn pajjizi li ghandhom dawn l-istrutturi simili fil-partiti politici taghhom, u waslu hafna iktar milli wasalna ahna. Ahna rridu nitqabblu mal-kumplament tal-pajjizi Ewropej.”
“Fuq livell politiku, allura jien nistaqsi, l-ghaqdiet tan-nisa fi hdan il-partiti politici qatghu lin-nisa ghalihom fis-socjetà? L-ghaqdiet taz-zghazagh qeghdin jitfghu stigma u jikklassifikaw liz-zghazagh mill-bqija tas-socjetà? Ma nahsibx, allura nghid li huwa argument li ma jregix. Lil dawn in-nies jien nghidilhom ifittxu fuq dawn l-istrutturi fl-Ewropa u jaraw fejn waslu dawk il-pajjizi u fejn wasalna ahna.”
Meta tara l-progress ta’ pajjizna mqabbel mal-kumplament tal-Ewropa, tahseb li ahna Ewropej bizzejjed?
“Hafna nies gay ivvotaw favur l-UE u ghamlu dan ghax ippretendew li galadarba nidhlu, se jkollna l-istess drittijiet bhal ma jezistu fil-pajjizi Ewropej. Ovvjament kemm ahna Ewropej, mhux se nkejjluha biss fuq l-issues tal-gays. Imma jien nghid li wahda mill-modi biex inkejjlu kemm inhaddnu l-valuri Ewropej hija minn kemm niggieldu ghall-ugwaljanza fil-pajjiz.”
“F’Malta, kemm ilna li dhalna fl-UE, kemm imxejna ‘l quddiem? Kemm rajna tibdiliet u pozizzjonijiet cari mill-gvern biex jara li, jekk xejn, id-diskriminazzjoni tigi miggielda? Jiddispjacini li ma sar xejn. F’pajjizi ohra, kien hemm oppozizzjoni b’sahhitha ghal tibdil bhal dan, u m’ghandix dubju li l-istess se jkun hawn f’Malta.”
“Imma ghallinqas illum il-gurnata dawn il-pajjizi waslu. Ahna ma rridux ugwaljanza ta’ fuq il-karta. Jekk irridu naslu xi darba, rridu nibdew billi niehdu pozizzjoni cara kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni u billi ndahhlu legizlazzjoni li permezz taghha ngibu lill-persuni omosesswali daqs min hu eterosesswali.”
Fuq nota aktar umoristika hawnhekk stqarr li l-persuni omosesswali m’ghandux ikollhom aktar drittijiet mill-eterosesswali, ghaliex imbaghad nispiccaw b’xi fergha ohra, “Heterosexual Labour”. “Izda xi haga inqas mid-drittijiet tal-eterosesswali jkun disservizz ghall-ghajta tal-ugwaljanza.”
Problema jew marda
Sfortunatament fl-2010 ghad ghandna persuni, u sahansitra politici li jemmnu li persuna gay huwa marid, jew ghandu problema. Staqsejtu r-reazzjoni tieghu ghal dawn id-dikjarazzjonijiet.
“Kulhadd ghandu dritt ghall-opinjoni tieghu imma ppermettuli nistaqsi minn fejn gabuha din? Jien nghid li gabuha minn snin twal ta’ pregudizzju, anke sfortunatament mill-forzi religjuzi. Hawn ma rridx nohloq argument mal-Knisja.”
“Imma fil-passat kien hemm sitwazzjonijiet fejn omm tiehu lit-tifel taghha ghand qassis, biex ‘ifejjaqulha’ ghax huwa gay. Jew aghar minn hekk, ghand psikjatra biex jibdilu t-terapija riparattiva. Allura mhux bilfors in-nies jahsbu li ghandu marda?”
“Jiddispjacini nghid li hawn hafna nies, li minghajr ma jafu, jghidu certi affarijiet li jweggghu. Kull min jghid li hija problema jew marda, qieghed iwegga’ l-emozzjonijiet tal-persuni omosesswali, u juri li mhux informat. Kellu bzonn li kull marda thalli l-gid, is-sabih u l-kreattività li hallew in-nies omosesswali fid-dinja f’dawn is-snin kollha. Ghax sfortunatament il-mard biki u dwejjaq igib.”
Il-voti kontra u l-gay bars
Kellu kliem iebes ukoll ghal dawk il-politici li jivvotaw kontra l-interessi tal-gay, anke jekk huma stess ikunu jixorbu maghhom filghaxija.
“Jekk politiku qieghed f’familja politika li dejjem jivvotaw kontra l-gays, bhal m’huma l-partiti tal-Lemin, allura ma tantx se nehodha bi kbira. Jien nifhem li politiku jrid jimxi mat-twemmin tal-partit tieghu.”
“Izda ma naccetta qatt lil min jivvota kontra l-gays filghodu, u mbaghad jissocjalizza maghhom u jtaptpilhom fuq dahrom filghaxija. Jekk inti ma taqbilx mad-drittijiet tal-gays, ghandek kull dritt. Imma mbaghad m’ghandekx dritt taghmel il-hajja tieghek pubblika, diehel u hiereg fil-gay bars, imbaghad tivvota kontra l-interessi tieghi.”
“Dik tista’ biss tissejjah gakbinizmu, jew biex taghmel hekk trid tkun kodard jew minghajr sinsla. Kieku jien nivvota kontra l-interessi tal-gays, lanqas immur daqs mitt metru vicin ta’ gay bar, ghax lanqas itini wicci.”
Min-naha l-ohra sahaq mieghi ukoll li jippretendi li l-politici min-naha tax-Xellug, jivvotaw kontinwament favur l-interessi tal-komunità gay.
Fl-ahharnett tlabtu jispjegali kif persuna gay ihares lejn l-istat u l-gvern, meta dan ma jaghtix kas tal-interessi tieghu. Thoss ‘sense of belonging’ fl-istat?
“Fl-ebda policy tal-gvern ma jinghataw importanza l-interessi tal-persuni omosesswali. Anzi l-linja ta’ hsieb tal-PN dejjem kienet li jekk persuna jiddikjara pubblikament li huwa gay, allura ghandu problema. Skuzi mhux vera.”
“Illum il-gurnata dawn l-issues tfajnihom taht it-tapit biex taparsi ma jidhrux. Billi tinjora s-sitwazzjoni mhux se tghin lil nies omosesswali. Tghinhom biss billi taqbad il-barri minn qrunu bhal m’ghamlu pajjizi ohra, nammettu li ghad irridu nimxu, u mbaghad naslu biex kull policy tal-gvern illum u ghada se tinkludi l-interessi taghhom.”
L-ahhar kliem tieghu kienu, “ejja naslu f’sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm bzonn iktar l-LGBT Labour.”
Source: KULHADD the Sunday Newspaper
No comments:
Post a Comment