Friday, May 14, 2010

15-il mizura konkreta ghal tmexxija ahjar - Joseph Muscat


Jekk il-Partit Laburista jinghata l-fiducja li jmexxi l-pajjiz wara l-elezzjoni li jmiss, se nwettqu dawn il-15-il proposta konkreta ghal tmexxija ahjar:

- L-ewwel nett naghmlu minn kollox sabiex mill-aktar fis possibbli, u minghajr dewmien, tigi garantita provvista ta' energija elettrika adegwata ghall-bzonnijet ta' pajjizna, liema provvista trid tkun kapaci li tlahhaq ukoll mall-htigijet ta' l-izvilupp ekonomiku u socjali li ghalih nkunu qed nahdmu.

- Nibdew immedjatament il-process li permezz tieghu inbiddlu l-operat tal-estensjoni tal-power station minn heavy fuel oil ghal sistemi ohra li huma aktar sostenibbli ghas-sahha tal-familji u ghall-ambjent. Dan isir minghajr ma jintefghu pizijiet godda fuq il-familji u negozji Maltin u Ghawdxin ghaliex teknologiji aktar indaf se jsiru aktar accessibbli. Jekk dan il-Gvern m’ ghandux problema biex isib €100 miljun ghal Parlament gdid, €53 miljun biex jixtri lura weghda qarrieqa li ghamel lis-sidien tal-karozzi tal-linja, €75 miljun ghal self lill-Grecja, €350 bhala garanzija ghal Fond gdid Ewropew, u sadattant ibiegh ass strategiku bhat-Tarzna ghal €3 miljuni biss fis-sena, il-Gvern Malti li jmiss mhux se jzomm lura biex isib flus ghal sahhet il-poplu.

- Insahhu idejn l-Awditur Generali billi naghtuh aktar poteri biex jinvestiga, specjalment fil-kaz ta’ persuni li ma jkunux iridu jikkollaboraw. L-Awditur Generali jkun jista’ juza dawn il-poteri biex, jekk ikun il-kaz, jerga’ jiftah kazijiet bhal tal-BWSC fejn ma sabx ghajnuna minn xhieda krucjali.

- Innehhu l-Ligi tal-Preskrizzjoni ghall-politici, biex minn issa ‘il quddiem l-ebda politiku ma jkollu rasu mistrieha li jekk jghaddu 10 snin minn meta jkun imdahhal f’ korruzzjoni ma tkun tista’ tittiehed l-ebda azzjoni fil-konfront tieghu. B’ hekk ikunu jistghu jittiehdu passi kontra politici f’ kull hin meta jkun hemm provi.

- Indahhlu ligi serja li tipprotegi lil dawk kollha, inkluz ufficjali pubblici u kumpaniji, li jista’ jkollhom informazzjoni gdida u fondata dwar dan il-kaz u kazijiet ohra, biex jigu ‘il quddiem minghajr biza halli l-informazzjoni tigi investigata.

- Naghtu opportunita’ lil persuni u kumpaniji li ghandhom informazzjoni siewja u li anki setghu kienu involuti f’ atti ta’ korruzzjoni politika biex jersqu ‘il quddiem bid-dettalji ta’ dawn l-atti. Dawk li jikkollaboraw u jaghtu l-informazzjoni dwar politici involuti jinghataw il-protezzjoni mehtiega u anki, meta jkun il-kaz, ma jittehdux passi fil-konfront taghhom.

- F’ kaz ta’ proceduri legali, il-Gvern Malti jidhol bhala parti fil-kawza u jitlob li l-politici u dawk li jkunu hadu flus biex ihallsuhom lura lill-poplu Malti.

- Persuni u kumpaniji li jinstabu hatja ta’ korruzzjoni jigu blacklisted mall-ewwel mill-Gvern Malti u ma jithallewx jiehdu sehem f’ offerti u kuntratti tal-Gvern ghal perjodu determinat skond il-gravita’ tal-kaz.

- Persuni u kumpaniji li jkunu blacklisted minhabba korruzzjoni minn organizazzjonijiet internazzjonali, bhal Bank Dinji, l-Unjoni Ewropea u l-Bank ghall-Investiment Ewropew, jigu skwalifikati awtomatikament milli jiehdu kuntratti tal-Gvern.

- Indahhlu fis-sehh, hekk kif rakkomandat mill-Awditur Generali, id-Direttiva Ewropea 2007/66/EC, li suppost dahlet fis-sehh is-sena li ghaddiet, u li permezz taghha jittejjbu l-proceduri u tiddahhal aktar trasparenza fil-mod ta’ kif jinghataw kuntratti pubblici.

- Indahhlu fis-sehh ghal kollox u ntejjbu l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni, mahsub li jzid it-transparenza tal-Gvern, u li izda hafna minnu ghadu ma giex implimentat.

- Naghmluha cara minn issa li se nzommu personalment responsabbli lis-Segretarji Permanenti u lic-Chairmen tal-entitajiet governattivi fil-kaz li ma jinsabux files u dokumentazzjoni dwar dan il-kaz u kazijiet ohra.

- Jigi mtejjeb il-Kodici ta’ Etika ghac-Chairpersons ta’ awtoritajiet u entitajiet pubblici sabiex jigu identifikati u evitati kunflitti ta’ interess.

- Indahhlu Kummissarju Parlamentari ghall-Istandards, mahtur mill-Kamra tar-Rapprezentanti, li b’ mod indipendenti jissorvelja l-imgieba tal-Membri Parlamentari, inkluz il-Membri tal-Kabinet, jara li x-xoghol u interessi finanzjarji kollha taghhom ikunu dikjarati, jinvestiga kif jidhirlu xieraq, jirraporta lill-Ispeaker u jippubblika r-rapporti tieghu.

- Indahhlu Ligi tal-Finanzjament tal-Partiti biex nassiguraw li flus li jkunu gejjin, direttament jew indirettament, minn korruzzjoni ma jintuzawx biex jigu mghejjuna partiti u politici individwali.

No comments:

Post a Comment