Saturday, May 8, 2010

Demokrazzija Mhedda - Stqarrija FZL


Il-Forum Zghazagh Laburisti jikkundanna dak li gara fil-parlament il-bierah. Hija inaccettabbli li wara li ttiehed vot, il-Vici Prim Minsitru jakkuza lill-Membru Parlamentari Laburista Justyne Caruana li vvutat kontra l-mozzjoni mressqa mill-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat sabiex jitharbat il-process tal-vot. L-Ispeaker Michael Frendo agixxa b’mod deplorabbli, fejn ceda ghall-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista u ma kienx kapaci jiddeciedi fuq dak li kullhadd seta jara u jisma.
Il-jum tal-bierah jibqa mfakkar bhala teghba kbira fl-istorja tad-demokrazzija moderna f’pajjizna. L-oghla istituzzjoni tal-pajjiz giet irredikolata u komplew jintbaghtu messagi negattivi li jbedu n-nies mill-politika. Ahna z-zghazagh m’ahniex lesti li naccettaw attitudni simili, fejn ghandna pajjiz mmexxi minn Gvern li lest jghawweg kull tip ta’ fatti biex jaqdi l-bzonnijiet tieghu, anke jekk bl-aktar mod anti-demokratiku.
Il-bierah kompla johrog fic-car id-differenza bejn iz-zewg partiti politici llum – fuq naha ghandna Gvern li lest sahansitra jiddefendi korruzzjoni lampanti anke b’mezzi li jmorru kontra kull principju demokratiku, u fuq in-naha l-ohra ghandna Oppozizzjoni serja li lesta tiddefendi l-interessi tal-poplu Malti akkost ta’ kollox, fejn is-sahha u l-futur tac-cittadini jigu l-ewwel u qabel kollox.

No comments:

Post a Comment