Dan huwa mument li jiddefinixxi dak kollu li nemmen jien, li jemmnu fih hafna haddiema, studenti, self employed, middle class, pensjonanti, nisa u irgiel, Maltin u Ghawdxin.
Min qed imexxi l-pajjiz mhux qed juri r-rieda u l-qawwa li jiehu d-decizjonijiet li hemm bzonn sabiex l-Istat ikun gwida ghat-tmexxija tajba, good governance f’ pajjizna. Minflok, l-istandards governattivi tbaxxew ghal livelli inaccettabbli. Jekk ghal Prim Ministru dan kollu jghaddi, ghalija ma jghaddix.
Jien nifhem li hafna jhossu bhali li dan kollu mhux accettabbli.
Dak kollu li pajjizna ghadda minnu f’ dawn l-ahhar gimghat wara r-rapport tal-Awditur Generali dwar l-iskandlu tal-power station tal-BWSC juri, b’ mod car aktar minn qatt qabel, id-differenza enormi bejn l-affarijiet kif inhuma llum taht dan il-Gvern, u l-affarijiet kif irriduhom ahna u kif jixraqilna li jkunu bhala poplu.
Kellna issa l-prova ta’ fatti ta’ x’ jaghmel min ghandu l-poter f’ idejh meta ffaccjat bi kliem tant iebes u b’ konkluzjonijiet tant sodi minghand istituzzjoni li tgawdi l-fiducja tal-Kamra tar-Rapprezentanti kollha kemm hi.
Nemmen li din hija opportunita’ li nitkellmu dwar ir-responsabilita’ tal-ghemil, l-accountability, xi haga li qisha saret kelma barranija ghas-sistema ta’ Gvern f’ pajjizna.
Il-Maltin u l-Ghawdxin jafu xi tfisser responsabilta’ tal-ghemil. Jafu xi tfisser accountability. Tezisti f’ hafna kazi fis-settur privat. Tezisti fil-volontarjat. Tezisti fil-familji taghna, fejn kull min jiehu decizjoni, jerfaha. Ma tezistix biss fi hdan dan il-Gvern.
Il-Prim Ministru kellu opportunita’ tad-deheb li juri li jiddispjacih ghal dak li sar, ghal dak li halla jsir, u jipprova jsewwi l-affarijiet. Minflok, ghazel li jiddefendi l-medjokrita’ ta’ standards li halla titrabba u wera insensittivita’ meta ma fehemx dak li qed ihossu eluf ta’ familji meta raw dan l-iskandlu jinfetah quddiemhom.
Il-Prim Ministru wera insensittivita’ inkredibbli ghas-sentimenti tal-Maltin u l-Ghawdxin, kemm dawk li vvutawlu kif ukoll dawk li ma vvutawlux, li kienu skandalizzati mill-medjokrita’ ta’ standards ta’ dan il-Gvern.
Dak li rajna kien Prim Ministru ta’ Gvern arroganti mall-poplu tieghu.
Nemmen li min ivvota lil Lawrence Gonzi sentejn ilu jaf li Lawrence Gonzi ta’ qabel l-elezzjoni, il-hin kollu jheggek biex tivvutalu ghax mhux se jigu ripetuti l-istess zbalji, li jghidlek li bih se tkun mohhok mistrieh, li jghidlek li kollox huwa possibbli, issa sparixxa ghal kollox.
Minflok fegg Lawrence Gonzi arroganti, insensittiv u maqtugh minn dak li qed ihossu l-familji. Forsi jerga’ jghidilhom l-istess kliem qabel l-elezzjoni li gejja, izda issa jafu bil-fatti x’ isarraf.
Lawrence Gonzi m’ ghadux aktar kredibbli.
Rega sab kull skuza biex ma jiehux azzjoni.
Sahansitra pprova jiggustifika li ma jaghmel xejn ghax qal li qeghdin tard fil-pjan biex ikollna provvista’ adekwata ta’ energija.
Jippretendi li l-poplu ghandu jaccetta kollox, inkluz dak li mhux lecitu, minhabba l-inkompetenza tal-Gvern tieghu stess.
Eluf ta’ haddiema, self employed, studenti, pensjonanti – nisa u irgiel Maltin u Ghawdxin li ta’ kull jum jiehdu decizjonijiet u jinzammu responsabbli ghal dawn id-decizjonijiet, li forsi jiehdu l-mertu meta jkunu tajbin u jhallsu meta ma jkunux, skantaw meta semghu lill-Prim Ministru ta’ pajjizna jghid li hadd m’ ghandu jerfa r-responsabilta’ ta’ dak li gara.
Ma setghux jemmnu lil ghajnejhom meta raw politici ta’ dan il-Gvern jiddefendu lil min ghazel li ma jitkellimx f’ investigazzjoni tant serja li tinvolvi tant miljuni u li fiha hemm involuti ukoll in-nifs u s-sahha tat-tfal u tal-familji.
Ma setghux jifmhu kif il-Gvern ma ghamel xejn meta ntqal li ufficjali tieghu ma ghenux fl-investigazzjoni u sahansitra l-Awditur ma emminx affarijiet li qalulu.
Ma setghux igerrhu li ufficjali tal-Enemalta qalu quddiem il-MEPA li kollox kien lest dwar il-ftehim biex l-iskart velenuz li se johrog mill-power station jigi esportat, imbaghad qalu lill-Awditur li dan il-ftehim ma jezistix, u wara rega dawwru il-verzjoni.
Ma setghux jifmhu li l-Gvern accetta li jesperimenta b’ impjant prototip fuq sahhet il-familji u nifs uliedna.
Iffacjat b’ dawn l-akkuzi kollha, il-Gvern attakka lill-Awditur u akkuzah b’ manipulazzjoni.
Li jridu jkunu jafu l-Maltin u l-Ghawdxin huwa min u ghaliex accetta li t-taxpayers ikollhom ihallsu kemm jekk il-progett idum ma jsir kif ukoll jekk jitlesta kmieni.
Iridu jkunu jafu min u ghaliex accetta li l-kuntrattur ma jaghtix garanzija li l-ammont tad-dhahen li qed jghid li se johorgu mill-power station huma vera.
Iridu jkunu jafu min u ghaliex iddecieda li jkomplu jiddefendu lic-chairman tal-Enemalta li kellu kunflitt ta’ interess u li l-Awditur qal li kellu jirrizenja.
Responsabilta’ tal-ghemil. Accountability. Li kulhadd jerfa d-decizjonijiet li jiehu u mhux ifarfar fuq iz-zghir u l-middle class li jispiccaw ihallsu ghal kollox bi b’ sahhithom u bi flushom.
Min huwa responsabbli mit-tmexxija governattiva, u jostor mill-Awditur huwa komplici u mhux qed ikun responsabbli lejn il-poplu ghaliex dan huwa dover li qed jonqos milli jwettaq.
It-taxpayers ghandhom id-dmir li jhallsu t-taxxi, izda l-Prim Ministru u l-Ministri li jiehdu hsieb dawn il-flus huma responsabbli li dawn jintuzaw bl-ahjar mod possibbli.
Ir-responsabilta’ tal-ghemil u l-accountability huma l-kuntrarju ezatt tal-korruzzjoni.
Ikun hemm min iwissini biex ma nitkellimx dwar korruzzjoni ghax il-poplu taghna draha, ghax nista’ ngerrex il-voti, ghax jispicca jiekolha z-zghir li ha loqma filwaqt li l-huta l-kbira li tkun thanzret dejjem tahrab, ghax ftit huma dawk li jemmnu li jista’ jsir xi haga dwarha.
Dan igeghlni nirrifletti.
Ghaliex nitkellmu dwar korruzzjoni politika?
Forsi ghaliex nghiru ghal min hu korrott?
Forsi ghaliex bhala partit li ilna tant snin barra l-poter u m’ ghandniex il-gidma taghna minn dan il-cake?
Xejn minn dan.
Qed nitkellmu kontra l-korruzzjoni politika ghax il-korruzzjoni tkisser l-ekonomija, tgholli l-prezzijiet u tnaqqas l-opportunitajiet ta’ xoghol.
Qed nitkellmu kontra l-korruzzjoni politika ghax din tostakola kull sforz biex bhala pajjiz nizviluppaw socjalment u ekonomikament, u tigbidna lura lejn is-sottozvilupp.
Il-korruzzjoni tisraq liz-zghir, middle class u anki lil kbir li hu onest, jahdem u jhallas it-taxxi, biex igawdi lil min irid isir sinjur malajr, mhux b’ hiltu izda ghax jaf min fejn ghandu jghaddi. Lil min jixtri lil politici u lil min jahseb li l-flus huma aktar b’ sahhithom mill-gustizzja.
Fi kliem iehor, il-korruzzjoni hija taxxa li thallsu int u l-familja tieghek, b’ sahhitkom u bi fluskom.
Il-korruzzjoni hija mazzra ma’ ghonq il-familji habrieka u onesti.
Ghaliex nitkellem dwar il-korruzzjoni politika?
Ghaliex niftakar f’ dak il-haddiem li kull filghodu jqum fil-hamsa biex jilhaq tal-linja biex imur ix-xoghol, imbaghad jara kif jipprova ikollu xoghol iehor part-time biex ma jcahhad xejn lil uliedu, u mall-inqas nuqqas jehel warning u jissogra li jitlef xoghlu.
Ghaliex niftakar f’ dik il-mara li tixtieq aktar hin biex trabbi lil uliedha, izda jkollha thallihom ma’ ommha biex hi ukoll tohrog tahdem sabiex ilahhqu mall-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Ghaliex niftakar f’ dak in-negozjant iz-zghir li qed ihoss in-nuqqas fil-bejgh u minflok ghajnuna isib tfixkil, minflok min jaghmillu kuragg isib min jaqtalu qalbu, minflok min jara x’ ghandu bzonn isib dejjem xi awtorita’ jew ohra tigri wara biebu u wara flusu.
Ghaliex niftakar f’ dak il-missier tal-familja li jipprezenta tard xi dokument tat-taxxa u jispicca jehel multi oghla minn dak li jkollu jhallas.
Ghaliex niftakar f’ dik il-familja middle class li kellhom jaqtghu lura mil-livell tal-ghixien li draw bih u ghall-ewwel darba f’ hafna snin qed ihossuhom li qed jahdmu aktar biex jaqilghu anqas.
Ghaliex niftakar f’ dak il-businessman li naqaslu x-xoghol, li qed jaghmel minn kollox biex ma jkecci lil hadd, u li qalulu li m’ hemmx flus ghal micro credit scheme.
Ghaliex niftakar f’ dik l-anzjana li taf li ma tistax tkompli tistenna fil-waiting list tal-operazzjonijiet u bilfors trid tiehu mill-ftit li gemmghet, u trid tumilja ruhha li titlob minghand uliedha biex tmur privat.
Ghaliex niftakar f’ dak l-istudent li gej minn familja fqira u li jrid ghajnuna ta’ ftit mijiet ta’ Ewro biex jidhol l-MCAST, izda qalulu li flus ghalih m’ hemmx.
Imbaghad ghandna lil min, ghax hu b’ sahhtu u jaf lin-nies fil-politika, jirbah kuntratt mimli b’ irregolaritajiet, ma jghinx lil min ikun qed jinvestiga, u jdahhal €4 miljun fil-but.
B’ daqqa ta’ pinna qala dak li hafna Maltin u Ghawdxin iridu jahdmu 300 sena biex jaqilghuhom.
Qala dawn il-flus fi process mimli rregolaritajiet.
U ghal dawn il-flus se thallas int, b’ sahhtek u bi flusek.
Qed nghixu f’ pajjiz fejn l-ebda politiku qatt ma garr responsabilta’, ahseb u ara kemm instab hati, fuq korruzzjoni.
Lawrence Gonzi jinsab kuntent li jaccetta din is-sitwazzjoni medjokri li hija offiza ghall-intelligenza tat-taxpayers Maltin u Ghawdxin, u meta kellu l-opportunita’ sab kull skuza biex ma jiehux azzjoni minkejja rapport iebes u bla precedent mill-Awditur Generali dwar l-iskandlu tal-power station tal-BWSC. U din ma kienetx l-ewwel darba li minflok jaffaccja l-problemi, jipprova jahrabhom.
Din mhix imgieba li tixraq u tisthoqq lill-eluf ta’ familji u negozji habrieka Maltin u Ghawdxin li qed jintalbu jhallsu taxxi u kontijiet dejjem oghla, u se jkunu qed ibatu anki b’ sahhithom.
L-argument ewlieni li smajna matul dawn l-ahhar gimghat kien li la ma kienx hemm “provi konklussivi” ta’ korruzzjoni, allura ma hemm ghalfejn jigri xejn. Dan huwa atteggjament tipiku ta’ min mhux interessat li jiggieled il-korruzzjoni.
Kif kien jghid Eddie Fenech Adami, “Min ma jiggielidx il-korruzzjoni huwa korrott.”
U waqt li ghaddejja din il-kwistjoni kollha nsiru nafu li mill-inqas kumpanija wahda li nstabet hatja ta’ korruzzjoni fil-kaz enormi tal-VAT, mhux talli ma ntalbitx taghti l-flus lura, izda sahansitra baqghet tinghata kuntratti mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi wara li nqata l-kaz fil-Qorti.
Bilfors irridu nitkellmu u mhux naghlqu ghajnejna. Harsu lejn x’ gara fil-Grecja fejn ghal tant snin ghalqu ghajnejhom ghal korruzzjoni, hallew l-affarijiet isiru, u issa l-poplu Grieg qed ikollu jhallas kont enormi tal-korruzzjoni li halla ssir Gvern Konservattiv, u li qed tissogra li tirvina l-pajjiz ghal generazzjoni shiha.
Mhux se nhallu li dan jigri lilna ukoll.
Fil-Parlament, minkejja l-kliem kollha, kien biss il-Partit Laburista wahdu, f’ isem il-Moviment tal-Progressivi u Moderati, li ha pozizzjoni cara u soda kontra l-korruzzjoni politika, filwaqt li b’ mod dubjuz il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ta l-approvazzjoni tieghu ghal dak li gara, u li int qed thallas ghaliha b’ sahhtek u bi flusek.
Imbasta l-kliem kollu dwar valuri. Dawn il-waqtiet jixdhu l-veru valuri.
Din il-medjokrita’ ta’ standards u omerta’ mhix aktar accettabbli ghal dan il-poplu Ewropew.
Iz-zminijiet meta isiru hnizrijiet bhal dik li rajna u l-Gvern jaghti l-barka tieghu ghandhom jispiccaw.
Hemm bzonn rieda politika biex dan kollu jsir. Din ir-rieda trid tibda minn fuq nett.
Ahna lesti li nuru t-triq u nmexxu ‘il quddiem. Biex naghmlu hekk ghandna bzonn l-appogg ta’ kull min hu ta’ rieda tajba.
Ghandna bzonn l-appogg tal-haddiema, tal-middle class, self employed, studenti, pensjonanti – nisa u rgiel Maltin u Ghawdxin onesti.
Ghandna bzonn l-appogg tas-settur privat, tal-eluf ta’ negozjanti li xebghu minn din is-sistema.
Ghandna bzonn l-appogg tat-trade unions, tal-ghaqdiet tan-negozju, tas-socjeta’ civili u tal-Knisja biex nibdew pagna gdida bhala pajjizna.
Mhux b’ vendikazzjoni, izda ghax hekk veru jixraqilhom il-familji Maltin u Ghawdxin.
Jekk Lawrence Gonzi kuntent bis-sitwazzjoni tal-lum, jien m’ inix.
Din hija d-differenza bejnietna.
Il-verita’ tibqa li min ma jiggielidx il-korruzzjoni huwa korrott.
Friday, May 14, 2010
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment