Saturday, May 15, 2010

Il-Programm Youth in Action sospiz: Dizappunt u rabja fost iz-zghazagh Maltin

Il-Forum Zghazagh Laburisti jinsab dizappuntat hafna wara li thabbar li Malta giet sospiza milli tippartecipa fil-programmi edukattivi tal-Unjoni Ewropea li jaqghu taht il-Youth in Action. Dan id-dizappunt huwa akkumpanjat minn rabja u kundanna lil dawk kollha responsabbli, wara li fl-ittra mibghuta mill-Kummisjoni Ewropea gie specifikat li dan il-pass ittiehed minhabba nuqqas ta' garanziji li bih tmexxew dawn il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea mill-ufficju fi hdan il-ministeru ta' Dolores Cristina.

Minhabba n-nuqqas ta’ responsabilita ta ftit individwi, ser ikun numru kbir ta zghazagh li jiccahhad minn opportunitajiet kbar li jezistu permezz ta’dawn il-programmi. Il-Forum Zghazagh Laburisti ilu jiehu sehem f’dawn il-programmi ghal bosta snin, u kienu sors importanti ta taghlim, skambju ta’ ideat u kulturi differenti ghal numru kbir ta' zghazagh Maltin, kif ukoll mezz biex bih gew attirati lejn pajjizna bosta zghazagh minn pajjizi differenti, li zaru Malta ghall-ewwel darba.

Il-Forum Zghazagh Laburisti jawgura li din is-sitwazzjoni tirrisolvi ruha kemm jista jkun malajr ghall-gid tal-ghaqdiet taz-zghazagh kollha, kif ukoll li l-persuni responsabbli minn din is-sitwazzjoni imbarazzanti jhallsu ta emilhom.

No comments:

Post a Comment