Thursday, May 20, 2010

Tini slice... le dawk ghal ta' gewwa biss!

L-Accounts Executive tal-kumpa nija tar-reklamar li kienet inkarigata bl-account tal-Aġenzija tal-Programmi tal-UE (EUPA), kienet sa ftit taż-żmien ilu Audrey Abela, it-tfajla tal-Programme Manager tal-aġen zija, Alessandro Cristina, li huwa t-tifel tal-Ministru tal-Edukazzjoni, Do lores Cristina.


Fl-ewwel disa’ xhur tal-2008, l-aġenzija tar-reklamar li taħdem magħha t-tfajla ta’ iben il-Min is tru Cristina, tħallset €35,454.99 f’xogħol ta’ reklamar li jinkludi ħlas ijiet ta’ reklami f’ġurnali. Bħalma seħħ fl-2008, fis-sena preċedenti din il-kumpanija tħallset l-ogħla ammont f’reklamar meta mqabbla ma’ ħlasijiet li saru lill-kumpaniji oħ rajn ta’ reklamar jew mezzi ta’ komunikazzjoni mill-EUPA.

B’rabta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tissos pendi lill-EUPA minn programmi edukattivi li kienu qed jibbenefikaw minn hom bosta għaqdiet taż-żgħażagħ u studenti, l-oriz zont kien miżgħud b’informaz z joni minn ġewwa dwar nies li għandhom taħt idejhom l-operat tal-EUPA, jiġifieri Alessandro Cristina, iben il-Ministru Dolores Cristina u Mauro Pace Parascandalo, il-Kordinatur Nazzjonali tal-EUPA.

“L-iktar ħaġa tad-“daħk” hi li mill-executives kollha li għandha l-kumpanija tar-reklamar inkwistjoni, it-tfajla ta’ Alessandro Cristina kienet appuntu dik li tieħu ħsieb l-account tagħhom (tal-EUPA),” qalu l-imkejjen tagħna waqt li sostnew li dan għal uħud fil-EUPA kien inaċċettabbli min ħabba li s-sieħeb tagħha (Alessandro Cristina), kellu f’idejh informazzjoni kruċjali dwar il-kampanji ta’ reklamar li l-EUPA tkun qed tippjana minn żmien għal żmien.

Sett ta’ domandi mibgħutin minn l-orizzont lil Pace Parascandalo dwar il-mod ta’ kif intefqu l-fondi mill-Aġenzija f’reklamar, kienu evitati milli jitwieġbu mill-Ministeru ta’ Dolores Cristina (li ħa f’idejh il-mistoqsijiet) billi ntqal li “bħalissa l-EUPA m’għan dhiex kuntratt ma’ aġenzija ta’ reklmar.”

Fid-domandi tiegħu l-orizzont staqsa meta tqabbdet l-aġenzija tar-reklamar li taħdem magħha s-sieħba ta’ iben il-ministru, saritx sejħa għall-offerti u min kienu l-kumpaniji li wrew interess fl-offerta.

Staqsejna wkoll x’kien ix-xogħol mogħti lil din il-kumpanija, kemm tħallset tiegħu minn mindu kienet innominata u jikkonfermax li l-Accounts Executive ta’ din il-kumpanija ta’ reklamar res ponsabbli mill-account tal-EUPA, hix is-sieħba ta’ Alessandro Cristina, wieħed mill-maniġers fil-EUPA.

It-tweġiba xotta li waslet mill-Ministeru ta’ Cristina u mhux minn Pace Parascandalo kienet; “Nirriferik għall-ewwel tweġiba”, jiġifieri li bħalissa l-EUPA m’għandhiex kuntratt ma’ aġenzija ta’ reklamar.

B’rabta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tissos pendi żewġ programmi ewlenin li tamministra l-EUPA, jiġifieri l-Lifelong Learning (fir-responsabbilità ta’ Alessandro Cristina) u l-Youth in Action (fir-responsabbilità ta’ Silvano Cristauro), l-imkejjen tagħna kkonfermaw li uffiċjal tal-OLAF, l-Aġenzija Ewropea li tagħmel investigazzjonijiet finanzjarji dwar il-mod ta’ kif ikunu qegħdin jintefqu l-fondi tal-UE, wettqu awditjar tal-EUPA tant li f’Awwissu li għadda ġibdu l-attenzjoni tal-Gvern għall-irregolaritajiet li sabu, iżda li f’dawn ix-xhur kollha ma sar xejn biex ikunu indirizzati.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-KE ikkritikat bl-aħrax lill-Aġenzija EUPA għall-mod persistenti li bih naqset li tassiguraha dwar in-nuqqasijiet riferuti lilha u għad-dgħufija tagħha fl-amministrazzjoni marbuta mas-sistema tal-verifiki tal-kontijiet.

“Biex inħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissospendi l-implimentazzjoni tal-programmi Lifelong Learning u l-Youth in Action f’Malta minħabba n-nuqqas ta’ assigurazzjoni fl-immaniġġjar tal-fondi fil-pajjiż,” qalet il-KE.

Konsegwenza tal-irregolarijiet li nstabu fl-Aġenzija, Malta tista’ titlef mal-€4 miljun b’detriment għal bosta għaqdiet taż-żgħażagħ u individwi li applikaw biex jieħdu sehem fiż-żewġ programmi.

Mistoqsi minn l-orizzont jekk il-Ministeru ta’ Dolores Cristina talabx għar-riżenja tiegħu minn Kordninatur Nazzjonali tal-EUPA u ta’ Alessandro Cristina b’rabta man-nuqqasijiet li sabet il-KE fit-tmexxija tal-aġenzija, il-Ministeru qal li “wara li jsiru l-verifiki meħtieġa, kulħadd irid jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu.”

Mistoqsi x’inhuma l-kummenti tiegħu għal dawk l-istudenti universitarji u għaqdiet taż-żgħażagħ li konsegwenza tan-nuqqasijiet tal-EUPA, spiċċaw mhux se jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-programmi Ewropew fosthom dawk tal-Erasmus, il-Ministeru qal li l-Aġenzija jiddispjaċiha li xi studenti se jintlaqtu ħażin u hi kommessa li taħdem biex tirrisolvi s-sitwazzjoni fl-iqsar żmien possibbli.

Intant fost dawk milqutin hemm għexieren ta’ studenti li kienu ilhom xhur jippjanaw biex imorru jqattgħu semestru ta’ studju f’universitajiet barranin permezz tal-programm Erasmus. Ittra mibgħuta mill-Universtià ta’ Malta lill-istudenti li kienu aċċettati biex imorru jistudjaw barra permezz tal-programm Erasmus 2010/2011, għarr fithom li l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’dan il-programm hija sospiża.

“Għaldaqstant, l-istudenti qed jingħataw il-parir biex ma jkomplux bit-tħejjijiet tagħ hom u b’mod partikolari biex ma jidħlux għal xi obbligazzjoni finanzjarja bħal depożiti għall-akkomodazzjoni, titjir-iet eċċ. sakemm ma tinħareġ notifika oħra,” qalet l-Università ta’ Malta b’referenza għas-sospensjoni ta’ Malta mill-programmi Ewropej.

www.l-orizzont.com

No comments:

Post a Comment